Żjara mill-E.T. Mons. Andrias Rahmat, Isqof ta’ Faisalabad fil-Pakistan

Mons. Isqof Andrias Rahmat mid-Djoċesi ta’ Faisalabad fil-Pakistan għamel żjara fid-Dar tal-Providenza fejn kellu l-opportunità jiltaqa’ ma’ żewġ qraba tiegħu li jaħdmu bħala support workers fid-Dar tas-Siġġiewi.  Huwa ltaqa’ wkoll ma’ Fr Martin Micallef, Direttur, u Fr Trevor Fairclough, Direttur Spiritwali tad-Dar, li tawh tagħrif dwar il-ħidma tad-Dar mal-persuni b’diżabilità għal dawn l-aħħar 57 sena.

F’kumment li għamel Mons. Isqof qal li kien impressjonat ħafna bil-merħba li ngħata imma aktar w aktar bil-ħidma sfieqa li d-Dar tal-Providenza tagħmel mal-poplu ta’ Alla.

L-Isqof Rahmat twieled fl-1 ta’ Lulju, 1966 fir-raħal ta’ Chak, fid-distrett ta’ Okara f’Faisalabad. Ta’ sittax-il sena huwa daħal fis-seminarju minuri u ġie ordnat saċerdot għaxar snin wara, fil-25 ta’ Settembru, 1992.

Papa Franġisku ħatru Isqof ta’ Faisalabad fid-29 ta’ Ġunju, 2019.

This post is also available in: English