Xogħol komunitarju fid-Dar tal-Providenza
Fil-festa ta’ San Ġużepp, għalliema, studenti u ġenituri mis-St Joseph Senior School ta’ Tas-Sliema qattgħu nofs ta’ nhar jagħmlu ħidma komunitarja fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Il-grupp ta’ madwar 80 student inqasam f’timijiet immexxijja mill-għalliema u l-ġenituri u għamlu ġbir ta’ materjal tal-bini, nadfu twieqi tal-aluminju, twew lożor fil-laundry (kull ġimgħa jintwew madwar 500 liżar) u qatgħu il-ħaxix ħażin li kien hemm f’diversi partijiet tad-Dar. Fr Martin laqa’ bil-ferħa l-inizjattiva ta’ l-iskola u spjega kemm huma kbar il-ħtiġijiet tal-komunità residenzjali fid-Dar tal-Providenza. L-attività tant kienet success li l-iskola tittama li tibqa’ tagħmel din il-ħidma kull sena. Għaliex lè?