Venite Adoremus kunċert tal-Milied b’risq Id-Dar tal-Providenza

Fil-Knisja ta’ San Mark fir-Rabat sar kunċert tal-Milied bit-titlu Venite Adoremus b’risq Id-Dar tal-Providenza. Fil-kunċert, li kien organizzat minn Ms Janet Grech u Ms Gabrielle Attard Debono, tkantaw għadd ta’ għanjiet tal-Milied fosthom The Little Drummer Boy, Nella Fantasia, God Bless Us Everyone, Nini la tibkix iżjed, Gesu Bambino, Silent Night, Hark the Herald Angels, When a Child is Born, O Holy Night u Joy to the World.

Dawk li ħadu sehem kienu Ms Janet Gauci fuq l-orgni, is-sopran Gabrielle Attard Debono, il-baritonu Ivan Vella, il-vjolinista Diane Vella, Gaida Vella Micallef fuq il-Xylophone u l-Little Pianists Choir magħmul minn Rosemarie Balzan, Karol Aquilina, Nikolas Camilleri, Isaac Muscat, Alexia Cortis, Andria Bugeja, Jurgen Bugeja, Karl Camilleri, Leeh Muscat u Rhiya Mallia.

Fl-aħħar tal-kunċert li kellu attendenza sabiħa ħafna, Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza irringrazzja lil Ms Janet Grech u Ms Gabrielle Attard Debono li ħadu ħsieb jorganizzaw il-kunċert, il-parteċipanti kollha tal-Little Pianists Choir, il-Komunità Agostinjana li tat il-permess tagħha għall-użu tal-knisja f’din l-attività ta’ ġbir ta’ flus għad-Dar tal-Providenza u lil dawk kollha li attendew għall-kunċert.