Somma record ta’ €476,288 tinġabar waqt il-Maratona tal-Volleyball

Is-sitt edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza kienet success kbir hekk kif inġabret is-somma rekord ta’ €476,288. Matul il-Maratona ħadu sehem il fuq minn 300 voluntier u 40 plejer li għamlu 53 siegħa bla waqfien jilgħabu il-logħba tal-volleyball.

Fr. Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, għan-nom tar-residenti u l-amministrazzjoni tad-Dar irringrazzja lil poplu Malti, li għal darb oħra wieġeb għas-sejħa ta’ solidarjeta’. Huwa irringrazzja lil kull min ipparteċipa, ikkopera u ta’ appoġġ biex il-Maratona tkun waħda ta’ success.