“Sanctuary”
Fil-Knisja ta’ San Franġisk fil-Belt Valletta sar “Sanctuary”, kunċert ta’ Mużika Sagra b’risq id-Dar tal-Providenza mis-St Paul Chamber Ensemble taħt id-direzzjoni ta’ Chev Mro Mark Agius.
Il-programm kien jinkludi xogħolijiet ta’ Mozart, Lorenc, Mascagni, Rutter, Lloyd Webber, Morricone, Franck, Webster u Brodsky, Caccini, Malotte u Bach.
Mas-St Paul Chamber Ensemble, li jiġbor fih ħamsa u tletin mużiċist u għadd ta’ kantanti, ħadu sehem it-tenur Antoine Azzopardi, il-baritoni Ivan Vella u Andrew Cassar flimkien mal-baxx James Vella Bondin.
“Breath of Heaven” kunċert ieħor mis-St Paul Chamber Ensemble, se jsir b’risq id-Dar tal-Providenza fil-Knisja Arċipretali ta’ San Lawrenz fil-Birgu nhar is-Sibt, 16 ta’ Diċembru 2017.
This post is also available in: English