Qabża l-baħar b’risq id-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ħadd, 20 ta’ Diċembru 2015, fl-10.30am ser issir Qabża l-Baħar fil-Bajja tal-Għadira quddiem il-May Restaurant b’risq Id-Dar tal-Providenza. Il-Qabża l-Baħar qed issir b’inizjattiva tas-Sur Manuel Calleja ta’ Koptaco Coaches Cooperative Ltd, bl-appoġġ tal-Malta Rugby Football Union u ta’ għadd ta’ dilettanti tal-Boxing, Kickboxing, Thai Boxing, Karate u Martial Arts oħra. Membri tal-Emergency Fire & Rescue Unit (E.F.R.U) se jkunu hemm f’każ li jkunu meħtieġa.

Din l-attività qed issir fl-okkażjoni tal-Ħamsin sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza. Il-flus miġbura ser jingħataw lid-Dar waqt il-Festa ta’ Ġenerożità li wkoll issir b’risq id-Dar fl-1 ta’ Jannar 2015 organizzata mid-Dar tal-Providenza u RTK4Charity.

Min jixtieq jieħu sehem jista’ jmur fuq il-post dakinhar tal-attività jew iċempel lis-Sur Manuel Calleja fuq 79053629.

Is-sena l-oħra madwar ħamsin ruħ sfidaw il-baħar kiesaħ tal-Għadira u ġabru €2,343 għad-Dar tal-Providenza.