Laferla Insurance Agency Ltd tagħti €5,000 lid-Dar tal-Providenza
Is-Sur Mark Laferla, Direttur Maniġerjali ta’ Laferla Insurance Agency Ltd., ippreżenta ċekk ta’ €5,000 lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza. Parti minn din is-somma nġabret mill-impjegati tal-kumpanija waqt ‘Dress Down Days’ li jsiru kull l-aħħar Ġimgħa tax-xahar. Il-parti l-oħra hija għotja addizzjonali mid-Diretturi tal-kumpanija. Is-Sur Laferla qal li din kienet attività li huwa ttamat li tibqa’ ssir kull sena.
Waqt li rringrazzja lid-Diretturi u l-impjegati ta’ Laferla Insurance Agency Ltd., Fr Martin qal li din is-sena id-Dar tal-Providenza qed tfakkar il-50 sena mit-twaqqif tagħha minn Mons. Mikiel Azzopardi li beda b’għotja ta’ mitt lira. Minn dak inhar l-appoġġ tal-Maltin u Għawdxin ma waqaf qatt.