L-Arċisqof Emeritu Pawl Cremona O.P. ippreżentat b’album bir-ritratti taż-żjara f’Ruma għal-laqgħa mal-Papa Franġisku
Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, ippreżenta lill-Arċisqof Emeritu Pawl Cremona OP b’album bir-ritratti taż-żjara f’Ruma għal laqgħa ma’ Papa Franġisku. Iż-żjara saret f’Settembru li għadda fl-okkażjoni tal-50 Sena mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza minn Dun Mikiel Azzopardi fit-12 ta’ Settembru 1965. Il-grupp kien magħmul minn seba’ w għoxrin resident flimkien mal-carers tagħhom u s-Sorijiet tal-Karità li ilhom marbuta mad-Dar mill-bidu tagħha, Mons Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Cremona, Fr Martin u oħrajn.
L-album bir-ritratti juri bosta mumenti prezzjużi tal-mawra f’Ruma speċjalment il-laqgħa ma’ Papa Franġisku li saret quddiem Casa Santa Marta, il-Ħadd, 13 ta’ Settembru 2015 immedjatament wara t-talba tal-Angelus mill-Papa fi Pjazza San Pietru.