L-applikazzjonijiet għall-players u l-volontiera li jixtiequ jkunu parti mill-Maratona tal-Volleyball 2015 b’risq Id-Dar tal-Providenza huma miftuħa.
L-applikazzjonijiet għall-players u l-volontiera li jixtiequ jieħdu sehem fil-Maratona tal-Volleyball b’risq Id-Dar tal-Providenza ta’ din is-sena huma miftuħa. Il-Maratona ser tibda nhar il-Ġimgħa it-3 ta’ Lulju fis-6:30pm fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza u tibqa’ sejra sal-Ħadd il-5 ta’ Lulju fil-11:30pm meta jintemmu t-53 siegħa ta’ logħob kontinwu. L-applikazzjonijiet għall-players jagħlqu nhar il-Erbgħa l-20 ta’ Mejju 2015.
Is-sessjonijiet ta’ taħriġ għall-players jibdew nhar il-Erbgħa s-27 ta’ Mejju u jkunu nhar ta’ Tnejn u Erbgħa bejn il-5:30pm u t-8:00pm u s-Sibtijiet mis-2:00pm sal-5:00pm.
It-taħriġ ser jinqasam fi tliet fażijiet. L-ewwel fażi twassal biex il-parteċipanti jsiru iżjed familjari mat-teknika bażika u r-regoli tal-logħba. It-tieni fażi żżid fl-intensità tal-istess tekniki mal-ballun. It-tielet fażi tgħin biex jintgħażlu l-players li jkunu fiżikament ippreparati biex jingħaqdu mat-timijiet li ser ikunu parti mill-isfida tal-Maratona.
Il-Maratona tal-Volleyball hija sfida li għandha tattira lil kull min hu sportiv.
Dawk kollha interessati li jieħdu sehem kemm bħala players kif ukoll bħala volontiera għandhom japplikaw online fuq http://goo.gl/FkdAXK.