L-Ambaxxatur Eġizzjan għal Malta jżur Id-Dar tal-Providenza
L-Ambaxxatur Eġizzjan għal Malta, l-E.T. Khaled Ansi, għamel żjara uffiċċjali fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Huwa kien milqugħ mid‑Direttur tad‑Dar, Fr Martin Micallef, u wara li ltaqa’ mar‑residenti kellu l‑opportunità li jara xi servizzi li toffri d-Dar fosthom il-pixxina terapewtika u ċ‑Ċentru Agrikolu San Isodor.
Fr Martin irringrazzja lill-Ambaxxatur Eġizzjan li għoġbu jżur id-Dar waqt li l-Eċċellenza Tiegħu faħħar lid-Dar għall-ħidma siewja li tagħmel mal-persuni b’diżabilità.
This post is also available in: English