Fr Martin Micallef

Kors ta’ Formazzjoni għall-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza

F’ċerimonja li saret fil-kappella tad-Dar tal-Providenza, Fr Mark Sultana, Direttur tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, qassam iċ-Ċertifikati ta’ Parteċipazzjoni lill-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza li s-sena li għaddiet attendew għal kors ta’ formazzjoni bit-tema: “Il-Persuni b’Diżabilità: Rispett, Drittijiet, Dinjità”. Il-laqgħat tmexxew mis-Sinjorina Josephine Vassallo.