Jinġabru €260.005 waqt il-programm Xarabank b’risq Id-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju 2016, waqt il-programm televażiv Xarbank inġabret is-somma sabiħa ta’ €260.005 b’risq id-Dar tal-Providenza.  

Is-somma miġbura se tkun qed tiżdied ma’ dik li se tkun miġbura waqt it-tmien edizzjoni tal-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar li se tinżamm fil- car park tad-Dar tal-Providenza bejn l-1 u t-3 ta’ Lulju 2016.