Jinġabru €221,301 waqt Xarabank b’risq id-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju 2014, iwaqt il-programm Xarabank fuq TVM inġabret is-somma rekord ta’ €221.301 b’risq id-Dar tal-Providenza.

Il-flus miġbura se jingħaqdu mal-flus li se jinġabru waqt il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza li se tinżamm fil-car park tad-Dar tal-Providenza bejn il-Ġimgħa 4 u l-Ħadd 6 ta’ Lulju 2014.

Il-maratona ta’ 53 siegħa ta’ logħob tal-volleyball se tkun inawgurata nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Lulju mill-E.T. Marie Louise Coleiro Preca President ta’ Malta.