Is-Support Worker Evelyn Borg tgħaddi għall-ħajja ta’ Dejjem
Is-Support Worker Evelyn Borg għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem biex tingħaqad mal-Mulej. Evelyn kienet support worker tassew dedikata fil-flett Anġlu Kustodju fis-Siġġiewi. Id-Dar tal-Providenza se tħoss in-nuqqas tagħha u tħeġġeġ it-talb għaliha.
Id-Dar tal-Providenza tixtieq twassal il-kondoljanzi tagħha lill-familjari.
Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.