Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne iżur id-Dar tal-Providenza

Chris Fearne, Segretarju Parlamentari għas-Sahha u s-Sinjura Fearne żaru d-Dar tal-Providenza u ltaqgħu mar-residenti u l-ħaddiema tad-Dar. Huma ġew murija wkoll diversi faċilitajiet li jeżistu fid-Dar fosthom il-Kappella, il-kamra multisensorjali u l-gym.

Fearne faħħar ix-xogħol siewi li qed isir biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari għaż-żjara kif ukoll għall-appoġġ tiegħu.