Impjegata tad-Dar tal-Providenza tilqa’ l-isfida tal-“Alive 2015 Cycling Challenge for Cancer”
Christine Ceci, impegata tad-Dar tal-providenza se tingħaqad ma’ 45 ċiklista fi sfida xejn faċli fejn se jkunu qed jaqdfu 1,000 kilometru f’sebat’ijiem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tad-“Daikin Alive 2015 Cycling Challenge for Cancer”. Din l-isfida tibda fid-9 ta’ Lulju u tintemm fit-18 ta’ Lulju 2015.
Ir-rotta, li fil-parti l-kbira tagħha hi qalb il-muntanji, se tara liċ-ċiklisti jaqsmu mil-Liechtenstein għall-Iżvizzera, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Belġju, Franza u finalment l-Ingilterra meta ċ-ċiklisti jaslu f’Sutton.
It-tappa finali hi waħda simbolika marbuta mal-fatt li Sutton hu l-post li jilqa’ lill-Maltin li jitilgħu l-Ingilterra għall-kura. Propju dan hu l-għan taċ-ċiklisti Maltin, li jiġbru l-flus għat-trattament u r-riċerka tal-kanċer.
Min jixtieq jgħin liċ-ċiklisti jiġbru somma flus li tmur għar-riċerka fit-trattament tal-kanċer jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu online fuq www.alivecharity.com.
Donazzjonijiet jistgħu ukoll jintbagħatu permezz ta’ SMS fuq 50617364 (€2.33); 5061 8081 (€4.66); 5061 8913 (€6.99); u 5061 9208 (€11.65).
Wieħed jista’ wkoll jagħmel transazzjoni bankarja fuq dan il-kont: BOV 4002149804-6 Alive Charity Foundation – Bank’s Bic – VALLMTMT – IBAN- MT85 VALL 2201 3000 0000 4002 1498 046
Nawguraw lil Christine u lill-parteċipanti kollha kull suċċess.