Dun Mikiel Azzopardi jagħlaq 104 sena mit-twelid tiegħu

Mija u erba’ snin ilu, eżattament fl-10 ta’ Frar 1910, twieled fil-Belt Valletta Dun Mikiel Azzopardi, il-Fundatur u l-ewwel Direttur tad-Dar tal-Providenza. Min jista’ qatt jifred lil Dun Mikiel mid-Dar tal-Providenza? Jekk Alla jrid is-sena ddieħla infakkru l-ħamsin sena mill-bidu tad-Dar għall-persuni b’diżabilità.

Minbarra logo ġdid li ma ddumx ma titħabbar l-għażla tiegħu, twaqqaf grupp ta’ nies propju biex ifasslu programm ta’ attivitajiet li jiċċelebraw kif jixraq il-ħamsin sena tad-Dar tal-Providenza li Dun Mikiel beda bl-ewwel għotja ta’ mitt lira. Jalla l-eżempju ta’ Dun Mikiel ikun ta’ nkoraġġiment għalina lkoll biex inkomplu nibnu soċjetà tassew umana bbażata fuq rispett lejn kulħadd u li tagħti xhieda li kull persuna hija ta’ valur uniku u sagrosant bl-istess drittijiet u l-istess dinjità.

Sitta w erbgħin sena ilu, fil-11 ta’ Frar 1968, daħlu l-ewwel tliet residenti fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi