Il-Workshops
Workshop tal-Bolol
F’dan il-workshop ir-residenti jisseparaw bolol użati skont il-kategorji biex imbagħad dawn jinbiegħu lill-ħwienet tal-bolol.
Fuħħar, Tpinġija u Attivitajiet oħra tal-Arti u Crafts.
Il-fuħħar, it-tpinġija u attivitajiet oħra tal-arti u crafts huma terapewtiċi ħafna, jikkalmaw lir-residenti u jagħtuhom gost u sens li qed jagħmlu xi ħaġa sabiħa. Fid-Dar tal-Providenza ir-residenti jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet li jgħinhom jiżviluppaw u jaqsmu mal-oħrajn it-talenti artistiċi tagħhom.
Attivitajiet ta’ Mużika, Żfin u Drama
Attivitajiet regolari ta’ mużika, żfin u drama joffru lir-residenti mod eċċitanti kif jesprimu lilhom infushom.
This post is also available in: English