Il-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Sinjura tieghu iżuru Id-Dar tal-Providenza fl-okażżjoni tal-50 sena mit-twaqqif tad-dar.
Li kieku d-Dar tal-Providenza ma’ kienetx teżisti kien jkollna noħolquha. Huwa importanti li f’dan l-anniversarju nħarsu l-quddiem iktar milli lejn il-passat ta’ din l-istituzzjoni kbira fl-iżvillupp soċjali f’pajjiżna.
Dan qalu il-Prim Ministru ta’ Malta Dr. Joseph Muscat waqt żjara uffiċċjali li saret fid-Dar Tal-Providenza fl-okkażżjoni tal-50 anniversarju mit-twaqqif ta’ l-istess Dar.
Fr. Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar Tal-Providenza irringrazzja lill-Prim Ministru taż-żjara tiegħu, żjara li għandha sinjifikat importanti għax turi l-apprezzament u ta’ l-importanza li jagħti l-Gvern għal-ħidma u r-rwol tad-Dar Tal-Providenza.
Waqt iż-żjara tiegħu, il-Prim Ministru li kien akkumpanjat mis-Sinjura Muscat, kellu l-opportunita li jiltaqgħa mar-residenti u l-ħaddiema tad-Dar.