Il-Milan Club Malta jieħdu t-trofew Champions League fid-Dar tal-Providenza

Delegazzjoni mill-Kumitat tal-Milan Club Malta u mill-Associazione Italiana Milan Club, għamlu żjara ta’ kortesija lid-Dar tal-Providenza. Din iż-żjara kienet parti mill-attivatijiet li organiżża l-Club Malti, marbutin mal-miġja f’Malta tat-Tazza taċ-Champions.

Għal din l-okkażżjoni id-delegazzjoni ħadet ukoll it-trofew fid-Dar, sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jgawdu ukoll dan it-trofew.
Id-delegazzjoni ta’ l-AIMC kienet immexxija mis-Sinjura Nuccia Malvestiti waqt li mill-Kumitat tal-Milan Club f’Malta kienet mmexxija mill-President tal-Club Joseph Galea u mis-sinjuri Kurt Zammit, Chris Tanti u Aaron Flores. Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll Jesmond Saliba, membru tal-Bord tad-Dar Tal-Providenza, kif ukoll rappreżentant tal-AC Milan f’Malta.

Fr. Martin Micallef irringrazzja lil Milan Club Malta u l-AIMC ta’ din iż-żjara u tal-fatt li parti mill-flus li nġabru minn din l-attivita ser jiġu mogħtija lid-Dar tal-Providenza. Minn naħa tagħha, is-Sinjura Malvestiti irringrazzjat lit-tmexxija tad-Dar ta’ din l-okkażżjoni emottiva u rringrazzjat lir-residenti tal-laqgħa sabiħa li tawha. Minn naħa tiegħu is-Sur Galea tenna l-impenn tal-Club li jibqa jappoġġja lid-Dar b’risq ir-Residenti tagħha.