Il-Maleth Sinfonia Keyboard Orchestra b’serata ta’ mużika b’risq id-Dar tal-Providenza
Nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu, il-Maleth Sinfonia Keyboard Orchestra tellgħet serata ta’ mużika bit-tema ‘An Evening of Magical Music from the Animated Classics. Kollox b’risq id-Dar tal-Providenza u l-Helen Keller Resource Centre. L-orkestra, li kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mark Agius, daqqet fost oħrajn siltiet minn The Lion King, Hercules, Aladdin, Mulan, Beauty and the Beast. Għadd ta’ kantanti Maltin ukoll ħadu sehem fil-kunċert li sar fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.