Il-katekisti fi SPRED iġeddu l-mandat tagħhom
Il-katekisti kollha ta’ SPRED (SPecial REligious Development- Żvilupp Reliġjuż Speċjali) ġeddew l-impenn tagħhom u rċevew il-mandat ta’ katekisti għas-sena 2015-16. Dawn il-katekisti, li l-biċċa l-kbira minnhom huma volontiera, jakkompanjaw lir-residenti tad-Dar tal-Providenza fil-mixja tagħhom tal-Fidi. F’din il-Laqgħa-Ċelebrazzjoni, li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-iScouts fil-Furjana, il-katekisti kellhom ukoll ħin ta’ formazzjoni li matulu din is-sena rriflettew fuq l-esperjenza fil-ħajja tal-erba’ elementi tal-ilma, ir-riħ, in-nar u l-art li l-katekisti jiltaqgħu magħhom f’kull laqgħa ta’ SPRED. Filwaqt li rriflettew fuq l-esperjenza ta’ dawn l-erba’ elementi f’moħħhom kellhom l-Enċiklika tal-Papa Franġisku “Laudato Sì”, Dwar l-Għożża tad-Dar Komuni Tagħna.