Il-benefatturi tal-grotta tal-Madonna ta’ Lourdes fil-Marsa b’donazzjoni lid-Dar tal-Providenza
Is‑Sur Joseph Vella, li jieħu ħsieb il‑grotta tal‑Madonna ta’ Lourdes fi Triq Diċembru Tlettax fil‑Marsa flimkien ma’ ibnu Mario u għadd ta’ volontiera, ippreżenta għotja ta’ €1,255 lil Fr Martin Micallef, Direttur tad‑Dar tal‑Providenza. Il‑preżentazzjoni saret fi tmiem quddiesa kkonċelebrata fil‑knisja parrokkjali tat‑Trinità Qaddisa fil‑Marsa nhar it‑Tnejn, 8 ta’ Mejju 2023.
Din is‑somma nġabret matul is‑sena minn għotjiet li ngħataw fil‑grotta minn devoti tal‑Madonna ta’ Lourdes.
Dan huwa avveniment ta’ kull sena li beda fl‑1981 meta Mons. Mikiel Azzopardi, fundatur tad‑Dar tal‑Providenza, qaddes l‑ewwel quddiesa f’din il‑grotta fis‑sena li kienet iddedikata għall‑persuni b’diżabilità.
This post is also available in: English