Id-Dar tal-Providenza tawgura lill-Multiple Sclerosis Society ta’ Malta fl-okkażjoni tal-20 Anniversarju tagħha.

Id-Dar tal-Providenza tixtieq tawgura lill-Multiple Sclerosis Society ta’ Malta fl-okkażjoni ta’ għeluq l-20 sena mit-twaqqif tagħha li jaħbat l-Erbgħa, 25 ta’ Ottubru. Fl-istess waqt tawguralha aktar ħidma tagħha biex tagħti l-appoġġ lill-membri tagħha b’diversi modi b’mod speċjali billi tissussidja servizzi ta’ fiżjoterapija u psikoterapija fi gruppi għall-familji, torganizza attivitajiet soċjali għall-membri kif ukoll tirrappreżenthom lokalment u internazzjonalment.

F’Malta hawn madwar 300 mitt persuna b’din il-kundizzjoni.