Hello u Merħba lil Dott. George Coleiro
Dott. George Coleiro huwa l-Amministratur ‘l ġdid tad-Dar tal-Providenza minflok Fred Bezzina li rtira mill-kariga. Dott. Coleiro għandu esperjenza ta’ tletin sena fl-Edukazzjoni Inklussiva kif ukoll dik maniġerjali f’intrapriżi żgħar u medji (SMEs), u f’għaqdiet mhux governattivi (NGOs).
F’kumment qasir, Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza ta merħba lil Dott. Coleiro u qal li hu ċert li l-esperjenza u l-viżjoni li jġib miegħu tista’ tgħin ħafna biex id-Dar tal-Providenza tkompli tiżviluppa u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tad-Dar.
Dott. Coleiro, li beda fil-kariga ‘l ġdida tiegħu fis -17 ta’ Frar, iltaqa’ mar-residenti, support workers u ħaddiema tal-post kif ukoll ma’ wħud mill-voluntiera li magħhom irid li jibqa’ jżomm kuntatt kontinwu.
L-isbaħ xewqat tagħna lil Dr Coleiro f’din il-ħatra mportanti għalih u għad-Dar tal-Providenza.