Ġurnata għall-familja kollha f’Montekristo Estates b’risq id-Dar tal-Providenza
Għall-ewwel darba, il-premissi kollha ta’ Montekristo f’Ħal Farruġ ser ikunu miftuħa għall-pubbliku. Din l-attività ser issir nhar il-Ħadd li ġej, l-1 ta’ Ġunju, bl-għan li jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza.
L-esperejnza f’Montekristo hija waħda unika li toffri varjetà t’attivitajiet u spettakli mifruxin mal-premissi kollha. Ser ikun hemm attrazzjonijiet li jolqtu lill-familja kollha, fosthom is-show taż-żwiemel li ser jittella’ apposta mill-Montekristo Equestrian Club.
Il-pubbliku ġenerali jista’ wkoll iżur il-mużew tat-trasport fejn wieħed jista’ jsib numru konsiderevoli ta’ karrettuni, karrozzelli u tipi ta’ trasport oħrajn li kienu jintużaw f’Malta antika.
Wieħed jista’ wkoll iżur il-Park tal-Annimali fejn hemm iżjed minn 100 speċi t’annimali differenti li żgur li ser jiġbdu l-attenzjoni u l-interess kemm tal-kbar kif ukoll taż-żgħar.
L-attivitajiet waqt din l-open day jinkludu:
Zumba
Face Painting għat-tfal
Esebizzjoni ta’ karozzi klassiċi
Rikbiet fuq il-poni
Shows tal-falkun
Bouncy Castles
Ikel
U ħafna iżjed
Il-premissi stess, mibnija minn ġebel riċiklat, jiġbru fihom diversi kapulavuri t’artisti lokali, kif inhi l-funtana tal-bronż magħmula mill-iskultur Chris Ebejer. Il-post joffri wkoll żoni ta’ rilassament fejn l-ikel u x-xorb ma jonqsux. Dan kollu jagħmel ġurnata kompluta għal-familja kollha.
Il-ħlas mal-bieb huwa ta’ €5 bħala donazzjoni għad-Dar tal-Providenza. Tfal taħt it-tnax-il sena jidħlu b’xejn.
Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mill-10:00 sad-21:00. Għal iżjed informazzjoni tistgħu iċċemplu fuq 99270581.