Grazzi u Saħħa lil Fred Bezzina

Rappreżentanza tar-residenti flimkien mad-Diretturi tal-Bord, Housemothers, kapijiet tad-diversi taqsimiet u l-amministrazzjoni tad-Dar tal-Providenza qalu grazzi u saħħa lil Fred Bezzina li kien l-Amministratur tad-Dar għal dawn l-aħħar tliet snin.

Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, radd il-ħajr lis-sur Bezzina għad-dedikazzjoni li kellu u l-ħidma li wettaq fin-snin li għaddew u xtaqlu rtitrar sabiħ. Is-Sur Bezzina rringrazzja lill-istaff kollu tad-Dar tal-Providenza għall-koperazzjoni li dejjem sab minnhom u heġġiħhom biex jibqgħu jagħtu l-aħjar sehem tagħhom fis-servizz tar-residenti. Huwa ġie ppreżentat b’kejk għal għeluq sninu u pittura taz-zejt tal-artist Richard Saliba.