Għawma b’risq Id-Dar tal-Providenza fis-Sunny Coast Lido fil-Qawra
Aktar minn tletin persuna dalgħodu ma ddejqux jaqbżu l-baħar fis-Sunny Coast Lido fil-Qawra b’risq Id-Dar tal-Providenza. Minkejja li t-temperatura tal-baħar hi biss 19-il grad Celsius it-temp sabiħ għen biex l-għawwiema ma jaħsbuhiex darbtejn u jaqbżu l-baħar għad-Dar tas-Siġġiewi.
Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, irringrazzja lil dawk kollha li ħadu sehem fil-qabża għall-karità kif ukoll lil Manuel Calleja u Alfred Calleja li f’idejhom kienet din l-inizjattiva u lill-Management tas-Sunny Coast Lido. Kelma ta’ ringrazzjament saret ukoll lis-St John Ambulance Brigade u l-Protezzjoni Ċivili li kienu hemm f’każ li jkunu meħtieġa.