“FTIT TOGHMA TAJBA” – It-tieni volum
Publikazzjonijiet Dumnikani għadhom kemm ippublikaw it-tieni volum tal-ħsibijiet ta’ Monsinjur Mikiel Azzopardi “FTIT TOGĦMA TAJBA”. Fil-ktieb hemm miġbura l-kitbiet ta’ Monsinjur Azzopardi li kienu xxandru fuq Cable Radio f’nofs is-snin sebgħin. Dawn il-ħsibijiet, minsuġa minn saċerdot li kien viċin l-attwalità u l-esperjenza tal-poplu, kienu jservu ta’ meditazzjoni għal kull fil-għodu u tmiem il-jum għal tant nies li kellhom bżonn ‘ftit togħma tajba’ biex ikomplu fil-mixja ta’ ħajjithom.
Dan huwa ktieb li għandu jsib postu fil-familji kollha Maltin bħala għodda għal dawk kollha li jridu ftit togħma tajba li jaf jagħti l-Mulej.
“Ftit Toghma Tajba” it-tieni volum bi prezz ta €12, Ktieb li jservik sena shiha. L-ewwel volum għadu jista’ jinkiseb bil-prezz ta’ €10. Iż-żewġ volumi jistgħu jinkisbu minn Radju Marija (Ir-Rabat, Malta), mid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi jew mill-uffiċċju tagħha fi Triq San Pawl il-Belt, eżatt wara s-suq l-antik.