Ftehim Kollettiv Ġdid għall-ħaddiema tad-Dar tal-Providenza

Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn id-Dar tal-Providenza u l-General Workers Union (GWU). Il-ftehim, li jkopri l-perjodu bejn l-2015 u l-2019, ġie ffirmat mid-Direttur tad-Dar Fr Martin Micallef u mis-Sur Sur Charles Galea, Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-GWU. Il-ftehim ġie ffirmat ukoll mis-Sinjura Nadine Camilleri Cassano Amministratur tad-Dar tal-Providenza, is-Sur Paul Micallef Assistent Segretarju tal-istess Taqsima tal-GWU u s-Sur Frans Micallef shopsteward.

Il-ftehim jipprovdi għal kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol għal ħaddiema kollha, fosthom żidiet bl-arretrati fis-salarji.

Wara l-iffrimar ta’ dan il-Ftehim Fr Martin Micallef irringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom fin-negozjar tat-tieni Ftehim Kollettiv li sar f’atmosfera ta’ rispett reċiproku u b’xewqa li jkomplu jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema kollha tad-Dar tal-Provdienza.

Il-ftehim ġie approvat mill-Kumitat Finanzjarju Djoċesan, ippresedut mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.