Frate Alessandro, tenur ta’ fama internazzjonali, jżur id-Dar tal-Providenza

Frate Alessandro, tenur ta’ fama nternazzjonali, għamel żjara fid-Dar tal-Providenza u ltaqa’ ma’ Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, grupp ta’ residenti u uffiċċjali mill-amministrazzjoni. Huwa ttieħed jara l-kappella u l-mużew ta’ Dun Mikiel, l-qabar ta’ Dun Mikiel fejn għadda ftit ħin jitlob.

Frate Alessandro jinsab Malta biex jagħti kunċert ta’ mużika sagra b’risq il-Malta Communitu Chest Fund fis-7 ta’ Frar fil-Knisja ta’ San Publiju fil-Floriana akkumpanjat mill-Vilhena Concert Band taħt id-direzzjoni tas-Surmast Heathcliffe Balzan. Jieħdu sehem ukoll l-arpista Anne Marie Camilleri Podesta, is-sopran Ruth Sammut Casingena u t-tenur Arthur Micallef.