Fr Trevor Fairclough u s-Sur George Harrington f’laqgħa internazzjonali ta’ SPRED fl-Irlanda ta’ Fuq.

Fr Trevor Fairclough u s-Sur George Harrington dan l-aħħar ħadu sehem fil-laqgħa internazzjonali ta’ SPRED (SPecial REligious Development) jew Żvilupp Reliġjuż Speċjali fl-Irlanda ta’ Fuq. Fr Fairclough u s-Sur Harrington huma l-koordinaturi ta’ SPRED fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.

Għal-laqgħa attendew il-mexxejja djoċesani ta’ SPRED, li jakkompanjaw persuni b’diżabilità intellettwali, biex jirriflettu fuq l-esperjenzi tagħhom biex iġeddu l-impenn spiritwali tagħhom għal din il-missjoni wara li jkunu tħeġġu mix-xhieda u l-impenn ta’ xulxin. Fil-fatt il-ħamsin persuna li ħadu sehem kienu ġejjin mid-dinja kollha – l-Amerika, l-Awstralja, il-Messiku, l-Ewropa u l-Afrika t’Isfel. Dawn ġew flimkien fuq livell ugwali biex ifittxu modi kif jgħinu lil xulxin biex jagħtu servizz tajjeb ta’ kwalità fl-akkompanjament tagħhom ma’ persuni b’diżabilità intellettwali.

Din id-darba d-delegati ffukaw fuq l-elementi tal-Ilma, in-Nar, l-Arja u l-Art. Dawn l-elementi bażiċi jinstabu fit-tifsiliet kollha tan-natura. jinstabu wkoll fil-laqgħat kollha ta’ SPRED mal-persuni b’diżabilità intellettwali.

Din il-laqgħa internazzjonali ta’ kull 3 snin tagħti lill-parteċipanti appoġġ kontinwu u opportunità ta’ qsim ta’ esperjenzi.