‘Fewġa Friska’ – Kunċert vokali u strumentali ieħor mis-St. Paul Chamber Ensemble

Is-St. Paul Chamber Ensemble ippreżenta kunċert vokali u strumentali fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Luċija taħt id-direzzjoni ta’ Chev. Mro. Mark Agius. Il-kunċert kien organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija b’risq Id-Dar tal-Providenza. Ħadu sehem is-soprani Karen Gatt Darmenia u Frances Catherine Farrugia, it-tenur Joseph Aquilina, il-baritonu Louis Andrew Cassar u l-mistiedna speċjali Louisa Buhagiar.
Preżenti għall-okkażjoni kien hemm il-Viċi Sindku, s-Sur Frederick Cutajar, il-kappillan Rev. Dr Joe Mizzi, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef u rappreżentanza tal-komunità Ċiniża f’Malta. Il-Kunċert kellu jsir fil-Ġnien Ċiniz tas-Serenità fil-lokalità ta’ Santa Luċija imma ġie trasferit għall-knisja minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp.
Is-St. Paul Chamber Ensemble huwa wieħed mill-aħjar orkestri f’Malta u jiġbor fih uħud mill-aħjar mużiċisti u kantanti li għandna f’pajjiżna.