Erba’ residenti jattendu pellegrinaġġ f’Lourdes.
Erba’ residenti tad-Dar tal-Providenza akkumpanjati mill-carers tagħhom u Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar, attendew għal pellegrinaġġ Marjan organizzat mill-Assoċċjazzjoni Volontarji Lourdes bejn id-29 ta’ Awwissu u t-3 ta’ Settembru 2014. Nhar it-Tnejn, l-1 ta’ Settembru dawk kollha li ħadu sehem f’dan il-pellegrinaġġ attendew ma’ Maltin oħrajn għal quddiesa bil-Malti mmexxija minn Fr Martin Micallef, fil-Grotta ta’ Massabielle fejn fl-1858 il-Madonna dehret li Santa Bernardina Soubirous.