€14,180 wara maratona ta’ 30 siegħa fuq 103 Malta’s Heart
Fi tmiem ta’ maratona ta’ 30 siegħa xandir, 103 Malta’s Heart irnexxilu jiġbor is-somma ta’ €14,180 b’risq id-Dar tal-Providenza. Fil-maratona, li bdiet f’nofsinhar tal-Ġimgħa, 10 ta’ Diċembru u ntemmet il-Ħadd, 11 ta’ Diċembru fis-6.00pm, ħadu sehem il-preżentaturi kollha tal-istazzjon u magħhom taw sehemhom ukoll għadd ta’ kantanti u bands Maltin.
Waqt ix-xandira mill-istudios, saru kollegamenti diretti minn bosta rħula ta’ Malta fejn prezentaturi tal-istazzjon kienu qed iduru b’van apposta jilqgħu id-donazzjonijiet tal-pubbliku.
Fi tmiem il-maratona, Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, irringrazzja lil 103 Malta’s Heart, lil dawk kollha li taw sehemhom u lill-Maltin u Għawdxin li taw id-donazzjoni tagħhom. Huwa fakkar fl-appuntament li jmiss bil-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fl-1 ta’ Jannar. Din id-darba lura taħt it-tinda fil-parkeġġ tad-Dar fis-Siġġiewi.
Ritratt: Newsbook.com.mt
This post is also available in: English