Dr. Simon Busuttil iżur lill-plejers tal-volleyball waqt is-sessjoni ta’ taħriġ t’24 siegħa.

Nhar il-Ħadd 22 ta’ Ġunju 2014, il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr. Simon Busuttil żar lill-plejers waqt it-taħriġ t’24 siegħa għall-BOV Martona tal-Volleyball b’riżq id-Dar tal-Providenza. Huwa insista fuq l-importanza tas-solidarjetà għal soċjetà sana. Dr. Busuttil kien akkumpanjat mill-Onor. Robert Cutajar u l-Onor. Stephen Spiteri.

Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr. Martin, irringrazzja lill-Onor. Dr. Busuttil i lid-delegazzjoni tiegħu taż-żjara tagħhom u wera l-gratittudni tiegħu lejn l-appoġġ tagħhom.

Il-maratona annwali ser issir bejn l-4 u s-6 ta’ Lulju fil-premissi tad-Dar tal-Providenza.