Ċelebrazzjoni speċjali tal-festa ta’ San Isidor “Il-Bidwi”
Il-festa ta’ San Isidor “Il-Bidwi” ġiet iċċelebrata fil-15 ta’ Mejju fil-kappella tagħna fid-Dar tal-Providenza. San Isidor huwa l-Patrun tal-belt ta’ Madrid fi Spanja, fejn huwa midfun fil-Katidral, kif ukoll il-patrun taċ-Centru Agrikolu San Isidor li għandna fid-Dar tagħna fis-Siġġiewi. L-offerti fil-Quddiesa, li ġiet iċċelebrata minn Fr Trevor Fairclough, kienu kollha prodotti tal-ikel u ħxejjex min-Ċentru Agrikolu. F’dan iċ-Centru, ir-residenti tagħna jipproduċu għadd ta’ priservijiet u ħxejjex aromatiċi, iggwidati mill-Ability Promoters tagħhom.
San Isidor “Il-Bidwi” miet fl-1130. Huwa magħruf fi Spanja bħala wieħed mill-“Ħames Qaddisin” flimkien ma’ San Injazju ta’ Loyola, San Franġisk Saverju, Santa Tereża ta’ Avila u San Filippu Neri.