Bdew it-tħejjijiet għall-Festa ta’ Ġenerożità tal-Ewwel tas-Sena
It-tħejjijiet għall-Festa ta’ Ġenerożità li ssir kull sena fl-ewwel ta’ Jannar issa għaddejjin b’ritmu ġmielu. Il-Festa ta’ Ġenerożità, li hija organizzata minn RTK4Charity, tiġbor fondi tant meħtieġa għad-Dar tal-Providenza. Sena wara sena hija turija ta’ kemm hija kbira il-ġenerożità tal-poplu Malti mar-residenti tad-Dar.
F’dawn l-aħħar jiem bdew jinġibdu l-filmati li jintwerew waqt il-maratona televiżiva tal-ewwel jum tas-sena. Dakinhar eluf ta’ Maltin isewgwu fuq it-televizzjoni jew jerħulha lejn is-Siġġiewi biex jagħmlu d-donazzjoni tagħhom, jaraw ix-xogħol li sar matul is-sena u jgawdu mid-divertiment li jsir fuq il-palk taħt it-tinda ewlenija li tittella’ apposta fil-parkeġġ.