APS Bank sponsor ewlieni tal-Festa ta’ Ġenerożità b’risq id-Dar tal-Providenza

Għal darb’oħra l-APS Bank reġa’ kien l-isponsor ewlieni tal-Festa ta’ Ġenerożità li ssir fl-ewwel tas-sena b’risq id-Dar tal-Providenza. Is-Sur Noel McCarthy – Head Corporate Strategy and Finance tal-Bank qal li huwa ta’ pjacir ghal bank li reġa’ kien l-isponsor uffiċċjali ta’ din l-attività marbuta mad-Dar tal-Providenza, aktar w aktar li din is-sena qed tfakkar il-50 sena mit-twaqqif tagħha. Qal ukoll li d-Dar tgħix bil-ġenerożità tal-poplu Malti għax trid mal-€4 miljuni fis-sena biex tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħha. Għal madwar għaxar snin, l-APS Bank dejjem kien l-isponsor ewlieni tal-Festa ta’ Ġenerożità tal-ewwel tas-sena.