“LA PASSIONE DI CRISTO”, Kunċert ta` Mużika Sagra b’risq id-Dar tal-Providenza

Il-Banda tal-Korp tal-Pulizija, taħt it-tmexxija tas-Supretendent Anzjan Mro. Anthony Cassar, se ttella’ ‘La Passione di Cristo’, kunċert ta’ mużika sagra. Il-kunċert se jsir fil-Katidral Metropolitan ta` San Pawl, fl-Imdina, nhar is-Sibt 24 ta` Marzu 2018 fit-8.00pm. Il-kunċert, li huwa mżewwaq bi ħsibijiet għal żmien il-Ġimgha Mqaddsa, se jkun taħt il-patroċinju distint tal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca.

Jieħdu sehem l-Amadeus Chamber Choir, il-Malta Police Pipe Band, mużiċisti mistiedna flimkien mas-sopran Ruth Sammut Casingena, it-tenur Brian Cefai, l-organista Chris Rolè u l-arpista Esmeralda Galea Camilleri.

Il-Kunċert se jsir b`kollaborazzjoni mal-uffiċċju tal-President, il-Kapitlu Metropolitan tal-Katidral tal-Imdina, il-Kunsill Lokali tal-Imdina, Id-Dar tal-Providenza u l-Korp tal-Pulizija.

Il-biljetti li jingħataw għal donazzjoni ta’ €10 b`risq Id-Dar tal-Providenza. jistgħu jinkisbu mill-Media Centre/RTK fi Blata l-Bajda, fl-uffiċċju tad-Dar tal-Providenza fil-Belt eżatt wara s-suq il-ġdid, mir-Reception Desk tal-Kavallier ta’ San Ġakbu jew mir-Reception Desk tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.

This post is also available in: English