Is-Sorijiet tal-Karità jiċċelebraw 50 sena ta’ ħidma fid-Dar tal-Providenza
Nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Jannar 2018 Mons Joe Galea Curmi Vigarju Ġenerali qaddes quddiesa ta’ ringrazzjament fid-Dar tal-Providenza fl-okkażjoni tal-50 anniversarju minn meta s-Sorijiet tal-Karità ta’ Santa Ġovanna Antida Thouret bdew il-ħdima tagħhom f’din id-Dar.
Fl-omelija tiegħu Mons Galea Curmi ikkwota lill-Papa Franġsiku li f’eapa Franġisku f’Evangelii gaudium, jgħid: “Jekk jirnexxieli ngħin imqar persuna waħda tgħix aħjar, dan hu diġà biżżejjed biex jiġġustifika d-don ta’ ħajti.” Huwa rringrazzja lis-Sorijiet tal-Karità li 50 sena ilu aċċettaw l-istedina ta’ Mons. Mikiel Azzopardi u għarafu s-servizz fid-Dar tal-Providenza bħala mod mill-isbaħ kif tgħixu l-vokazzjoni tagħhom fuq l-eżempju tal-fundatriċi tagħhom Santa Giovanna Antida Thouret. Huwa rrinrazzja wkoll lit-42 soru li taw is-servizz tagħhom hawn tul dawn il-ħamsin sena u qalli li “kull soru hi ġrajja għaliha, ġrajja ta’ ġenerożità, u ta’ dan nuru gratitudni kbira.”
Għal din l-okkażjoni kienet preżenti l-Provinċjali tas-Sorijiet tal-Karità għal Malta u l-Italja Sr Mary Stephanos li ġie tirrapreżenta s-Superjura Ġeneral Sr Nunzia De Gori. Fid-diskors tagħha hija fost oħrajn qalet li tista’ biss nimmaġina kemm għas-sorijiet fil-bidu din il-missjoni deheret diffiċli għalihom, imma fuq l-eżempju tal-Fundatriċi tagħna, Santa Ġovanna Antida li kellha fiduċja għamja fil-Mulej, huma daħlu b’ruħhom u ġisimhom għal dan ix-xogħol, konvinti li Alla, li sejħilhom, ma kien ser jabbandunahom qatt. “Jiena ċerta, li l-kliem ta’ Santa Ġovanna Antida “Alla huwa kullimkien, il-foqra huma kullimkien. Dan huwa biżżejjed għalina” qawwielhom qalbhom u saħħaħhom fl-għan tagħhom li jkomplu jservu lil Alla fil-persuna ta’ dawk li huma fil-bżonn bl-istess spirtu u imħabba li San Vinċenz De Paule u Santa Ġovanna Antida urew matul ħajjithom kollha. Illum qegħdin hawn biex fuq kollox infakkru l-fedeltà u l-ħniena li Alla wera magħhom u ma’ kull min daħal f’dan il-post sagru fejn raw biss imħabba u dedikazzjoni bla qies. Hija biss l-imħabba infinita tiegħu li tagħtina l-kapaċità li ningħataw kompletament għall-oħrajn u nuruhom id-dinjità u r-rispett, li kull persuna maħluqa xbieha t’Alla jistħoqqilha.
Fr Martin Direttur tad-Dar tal-Providenza qal li żgur li r-residenti tad-Dar tal-Providenza u jistgħu jgħidu lis-Sorijiet tal-Karità l-kliem sabiħ li bih San Luqa fl-Atti tal-Appostli deskriva l-akkoljenza tal-Maltin wara n-nawfraġju tagħhom f’Malta: “Ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa li ma bħalha.” Atti 28,2. Fl-isem ir-residenti huwa rringrazzja lis-sorijiet għad-dedikazzjoni tagħhom f’għotja sħiħa u disinteressata biex il-persuni b’diżabilità li jgħixu fid-Dar isibu ambjent li jirrispetta d-dinjità u d-dirittijiet tagħhom.
Is-Sorijiet tal-Karità jew aħjar is-sorijiet ta’ Santa Giovanna Antida Thouret ġew f’Malta fl-1868, u minnufih il-Gvern fdalhom f’idejhom l-orfanatrofji tiegħu, li dak iż-żmien kienu l-Belt Valletta. Biż-żmien il-Gvern fdalhom tlett skejjel żgħar, il-Baħrija, l-Imtaħleb u Birżebbuġa. Is-sorijiet bdew jieħdu ħsieb ukoll il-Konservatorju Vincenzo Bugeja f’Santa Venera u l-Konservatorju tal-Isqof fir-Rabat Għawdex. Fetħu wkoll skejjel f’Ħal Tarxien, San Ġiljan u l-Gudja. L-akbar ħidma tagħhom kienet fl-isptarijiet fejn fetħu skola għall-infermiera.
Fl-1965 meta Dun Mikiel Azzopardi beda l-ħidma biex jibni fis-Siġġiewi l-ewwel dar f’Malta għall-persuni b’diżabilità ħass li ma setax imexxi din id-Dar mingħajr l-esperjenza ta’ xi kongregzzjoni reliġjuża. Bl-approvazzjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija kien ippreżenta memorandum bi pjan għall-iżvillup tad-Daru mar Ruma fejn għamel kuntatti mal-Opera di Don Orione biex jiġu Mlata u jieħdu ħsieb it-tmexxija tad-Dar. Meta dawn in-negozjati fallew, hu irrikorra għall-Kongragazzjoni oħra dik tas-Servi della Carità (Opera Don Guantella). L-Azzjoni Kattolika Maltija kellha diversi laqgħat anke hawn Malta, mas-Superjur Ġenerali, Padre Amado Pudino u diriġenti oħra tal-istess Opra, iżda dan it-tentattiv falla wkoll. Kienu wkoll avviċinati s-Sorjiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù f”Malta iżda dawn ukoll ma aċċettawx. Wara Dun Mikiel irrrikorra għas-Sorijiet ta’ Karità li issa kienu stabbilew sew fil-ħidma karittatevoli tagħhom f’Malta.
Fl-1967, Dun Mikiel kiteb lill-Madre Ġenerali f’Ruma Sor Maria Candida Torchino, jitlobha li tagħti l-barka tagħha lill-Provinċja Maltija biex tiftaħ komunità tal-Kongregazzjoni tagħha fid-Dar tal-Providenza. Il-Madre Generali aċċettat din it-talba u tat il-kunsens tagħha lill-Provinċjali ta’ Malta, Sor Angela Maria Corbella.
Fil-bidu tas-sena 1968, il-bini tal-ewwel dar li Dun Mikiel semma Villa Monsinjur Gonzi bħala rikonoxximent lill-Arċisqof ta’ dak iż-żmien Sir Mikiel Gonzi li kien ta donazzjoni sostanzjali għal din l-opra kien għoddu lest biex tilqa’ l-ewwel residenti.
Fit-12 ta’ Jannar 1968, xahar qabel daħlu l-ewwel residenti f’Villa Mons. Gonzi, il-Madre Provinċjali bagħtet komunità żgħira ta’ sorijiet li bdew jgħixu u jippreparaw għal din il-ħidma ġdida fid-Dar tal-Providenza. L-ewwel superjura ta’ din il-komunità kienet Sor Maria Assunta Mallia. Magħha kien hemm Sor Alexandra Delazzaio u Sor Agostina Cutajar. Bħala kunvent is-sorijiet ingħataw binja li sal-1962 kienet tintuża mill-fizzjali Inglizi billi l-post fejn Dun Mikiel beda jibni Villa Monsinjur Gonzi kien Rest Camp tan-Navy Ingliza.
Nhar il-Ħadd 11 ta’ Frar 1968, il-festa ta’ l-ewwel dehra tal-Madonna liċ-ċkejkna Bernardette ġewwa l-grotta ta’ Masabielle ġewwa Lourdes, Dun Mikiel u s-sorijiet laqgħu l-ewwel tlett residenti f’Villa Mons Gonzi.
Fl-24 ta’ Frar ta’ dik is-sena mbagħad, ġie iffirmat ftehim uffiċċjali bl-approvazzjoni tal-Arċisqof bejn l-Azzjoni Kattolika u l-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta’ Santa Giovanna Antida Thouret biex il-Provincja Maltija tagħti s-servizzi tagħha lid-Dar. Minn dak iż-żmien sal-lum, din il-komunità baqgħet tissapportja lir-residenti b’dedikazzjoni u imħabba kbira.
Minn dak in-nhar sal-lum, din il-komunità baqgħet taqdi lir-residenti tad-dar b’dedikazzjoni u imħabba kbira. 42 soru taw is-servizz tagħhom lir-residenti tul il-ħamsin sena tal-ħidma tagħhom f’din id-Dar. Tul dan iż-żmien is-superjuri ta’ din il-komunità kienu Sor Maria Assunta Mallia, Sr Annunziata Cortis, Sr Cecilia Frendo, Sr Maria Ersilia Mifsud, Sr Madalena Fava, Sr Maria Antida Mifsud u Sr Lorenza Borg.
Fl-2003 is-sorijiet tewmin Sr Madalena Fava u Sr Fortunata Fava li servew lid-Dar bejn l-1982 sal-1994 ingħataw il-Premju Dun Mikiel Azzopardi bħala rikonoxximent għall-ħidma tagħhom f’din id-Dar. Dan il-premju beda jingħata kull sena mill-1995 bħala rikonoxximent pubbliku lil dawk il-persuni li jkunu taw kontribut fil-qasam tal-persuni b’diżabiltà jew fid-Dar tal-Providenza. Fl-1 ta’ Diċembru 2017 waqt Kunċert annwali mtellgħa mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann b’risq id-Dar tal-Providenza dan il-Premju ingħata wkoll lill-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta’ Santa Giovanna Antida Thouret bħal rikonoxximent għall-50 sena ta’ ħidma fid-Dar tal-Providenza.
Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna fl-Omelija tiegħu fid-Dar tal-Providenza nhar l-1 ta’ Jannar 2018 qal li “50 sena ilu, is-Sorijiet tal-Karità bdew din l-avventura ta’ mħabba propju biex jgħixu l-kariżma tagħhom li jkunu s-sorijiet tal-karità, is-sorijiet li jwasslu l-imħabba ta’ Ġesù, l-imħabba ta’ Alla f’tant ambjenti differenti, kif għadhom jagħmlu sal-lum.”
Informazzjoni Storika

This post is also available in: English