Il-Bank APS jiffinanzja sistema ta’ apparat ta’ enerġija effiċjenti għad-Dar tal-Providenza
Iċ-Ċermen tal-Bank APS, Frederick Mifsud Bonnici ippreżenta donazzjoni ta’ €9,000 lid-Direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef.
Dawn il-fondi servew biex jiffinanzjaw ix-xiri ta’ sistema effiċjenti fl-enerġija ta’ pompi tas-sħana u tagħmir anċillari ieħor għad-Dar, fis-Siġġiewi.
F’isem ir-residenti u l-amministrazzjoni, Fr Martin irringrazzja lill-Bank APS li bis-saħħa tal-kontribut tiegħu, se jkompli jagħmel id-Dar aktar effiċjenti fejn jidħol l-użu tal-enerġija. Għaċ-ċerimonja kien hemm preżenti wkoll uffiċċjali mill-amministrazzjoni tad-Dar u l-Kap Eżekuttiv tal-Bank, Marcel Cassar.
This post is also available in: English