L-MPE Roberta Metsola iżżur Id-Dar tal-Providenza

Il-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola żaret Id-Dar tal-Providenza u ġiet milqugħa minn Fr Martin Micallef, Id-Direttur tad-Dar u membri tal-Amministrazzjoni.

Hija rat il-pixxina tal-akwaterapija tintuża, għadd ta’ residenti jaħdmu fiċ-Ċentru Agrikolu San Isidor, oħrajn jużaw il-kompjuters speċjalizzati fl-ICT Lab kif ukoll il-kmamar multisensorjali. Kellha l-opportunità li tara residenti waqt il-provi għall-kunċert tal-Milied primarjament il-play “Chitty, Chitty, Bang, Bang”

This post is also available in: English