Palazzo Castelletti jiċċelebra b’risq Id-Dar tal-Providenza
Palazzo Castelletti ċċelebra t-tielet anniversarju tiegħu u għamlu donazzjoni ta’ €1,150 lid-Dar tal-Providenza. Is-somma nġabret minn fost il-mistednin għal ikla mill-aqwa akkompanjata minn preżentazzjoni ta’ nbejjed Awstraljani minn Josef Bonello.
Is-Sur Keith Psaila, Managing Director tal-kumpless ippreżenta ċ-ċekk lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza li minn naħa tiegħu irringrazzjah f’isem ir-residenti tad-Dar fis-Siġġiewi għal dan il-ġest sabiħ ta’ solidarjetà.