€5,000 mill-parroċċa ta’ San Ġiljan għad-Dar tal-Providenza
Nhar it-Tnejn 22 ta’ Awwissu 2016, waqt quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan, fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġiljan, il-Kappillan, Fr Claude Portelli ippreżenta donazzjoni ta’ €5,000 lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza. L-għotja se tiffinanzja proġett ta’ tisbieħ ta’ sala mal-ġenb tal-kappella fid-Dar tas-Siġġiewi u saret fl-okkażjoni tal-125 sena mit-twaqqif tal-parroċċa kif ukoll bħala ġest ta’ solidarjetà marbuta mas-Sena tal-Ħniena.
Is-somma ta’ $5,000 inġabret matul din is-sena mill-parruċċani kemm b’donazzjonijiet personali kif ukoll permezz ta’ attivitajiet li ġew organizzati apposta.
Fr Martin Micallef irringrazzja lill-kappillan u lill-parruċċani għal dan il-ġest nobbli u ta’ karità nisranija.