€3749.66 lid-Dar tal-Providenza mill-Friends of Providence House NSW
L-Għaqda Awstraljana Friends of Providence House NSW ippreżentat donazzjoni ta’ AUD 5,500 (€3749.66) lil Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza. Id-Donazzjoni ġiet ippreżentata mis-Sur u s-Sinjura George Vella f’isem l-Għaqda. Is-Sinjuri Vella kienu jinsabu Malta għal btala li kienu Malta fuq btala. Magħhom għall-preżentazzjoni kien hemm ukoll is-Sur Emanuel Camilleri, President tal-Maltese Resource Centre ta’ Sydney.
Il-Għaqda Ħbieb tad-Dar tal-Providenza hi l-ambaxxatriċi uffiċjali tad-Dar f’New South Wales, l-Awstralja. L-Għaqda twaqqfet f’Ottubru 2011 bil-għan li tiġbor fondi għad-Dar tal-Providenza, Malta.