Il-Kardinal Prospero Grech jiltaqa’ mar-residenti tad-Dar tal-Providenza
Il-Kardinal Prospero Grech iltaqa’ mar-residenti tad-Dar tal-Providenza waqt żjara li għamel fid-Dar fis-Siġġiewi. Huwa tkellem mar-residenti u wara kien mistieden għal pranzu ma’ uħud mir-residenti u mal-amministrazzjoni tad-Dar tal-Providenza.
Il-Kardinal Grech sab ukoll il-ħin biex ikun preżenti fil-programm Xarabank li sar b’risq id-Dar tal-Providenza u wieġeb it-telefonati tat-telespettaturi li riedu jagħtu donazzjoni.