A.E.D. – Defibrillator għad-Dar tal-Providenza

“Il-Kunsilli lokali wkoll għandhom sehem kbir x’jagħtu biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità li jgħixu fil-lokalitajiet tagħhom.” Dan qalu Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza meta kien mistieden jindirizza l-laqgħa Annwali tal-Kunsilli Lokali tar-Reġjun Nofsinhar, dwar il-ħidma tad-Dar.

Matul il-laqgħa, s-Sur Jesmond Aquilina, President tar-Reġjun, ippreżenta lil Fr Martin b’A.E.D. – Defibrillator għall-użu tar-residenti tad-Dar. Flimkien mas-Sindki u Kunsilliera, għal-laqgħa kien hemm ukoll l-Onor. Dr Stefan Buontempo, Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali. L’A.E.D. – Defibrillator jittrasmetti doża terapewtika ta’ kurrent elettriku lill-qalb f’kundizzjonijiet serji li jaffettwaw ir-ritmu tagħha.

Ir-Reġjun Nofsinhar jinkorpora l-Kunsilli Lokali ta’ Birżebbuġa, il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Ħal Qormi, Ħaz-Zebbuġ, il-Ħamrun, il-Qrendi, l-Imqabba, Santa Luċija, s-Siġġiewi u ż-Żurrieq.