Fr Martin Micallef

Preżentazzjoni ta’ donazzjoni miġbura waqt żewġ kunċerti mtella’ mis-St Paul Chamber Ensemble

Nhar it-Tlieta 29 ta’ April 2016, is-St Paul Chamber Ensemble ippreżenta d-donazzjoni lill Fr Martin Micallef Direttur tad-Dar tal-Providenza, liema donazzjoni kienet miġbura waqt żewġ kunċerti mtella’ b’risq id-Dar.

Taħt id-Direzzjoni tas-Surmast Chev Mro Mark Agius, l-orchestra u-kantanti tagħha tellgħu dawn iż-żewġ kunċerti ta’ Mużika Sagra bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli lokali ta’ H’Attard u s-Siġġiewi, il-Gran Prijorat Russu tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm u l-Gran Prijorat ta’ Malta tal-Ordni Sovran Ospitalijier tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm.