Għalliema u studenti tal-iskola sekondarja tas-St Joseph ta’ Tas-Sliema jagħmlu xogħol volontarju fid-Dar tal-Providenza
Nhar is-Sibt, 12 ta’ Marzu, 2016 grupp ta’ studenti u għalliema mill-iskola sekondarja ta’ St Joseph ta’ Tas-Sliema żaru d-Dar tal-Providenza u għamlu xogħol ta’ volontarjat. Huma attendew ukoll għal quddiesa u raw filmat dwar il-istorja u l-ħidma tad-Dar.
Il-kap tal-iskola, s-Sinjura Clarissa Fleri Soler faħħret il-ħidma li twettaq id-Dar tal-Providenza filwaqt li ppreżentat donazzjoni ta’ €1,000 miġbura mill-għalliema u l-istudenti. Id-Direttur tad-Dar, Fr Martin Micallef irringrazzja lill-għalliema u l-istudenti għal din l-inizzjattiva li turi l-valuri sbieħ li tħaddan din l-iskola.
Din l-attività tiġi organizzata kull sena fl-okkazjoni tal-festa ta’ San Ġużepp, il-padrun tal-iskola.